Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech
Il-Kap tal-Oppżizzjoni Bernard Grech qal fil-parlament li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tipproponi riformi ħolistiċi fil-proċessi ġudizzjarji; mhux miżuri iżolati.
Fil-parlament f’dibattitu fl-Abbozz ta’ Liġi li jeenda l-Kodiċi Kirminali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li l-ġustizzja trid mhux biss issir iżda tidher li qed issir; dan hu prinċipju kardinali kulħadd irid jimxi miegħu. Ġustizzja mal-akkużat, mal-vittmi u mas-soċjetà, sostna Bernard Gerch, li kompla li soċjetà bla ġustizzja tgħix fil-biża’ u li ma tgħix id-demokrazija u li ma tipproteġixxix lill-vulenrabbli u liż-żgħir.
Hu qal li quddiem dawn l-emendi, l-Oppożizzjoni aġixxiet b’mod urġenti u sostna li meta l-PN ippreżenta liġi kontra l-kriminalita organizzata, il-gvern ma tax l-approvazzjoni tiegħu anzi l-gvern ivvota kontra l-liġi.
Il-Kap tal-Oppożizzoni qal li l-emendi fil-kodiċi kriminali ridu jkunu kontinwi u parti minn proċess. Hu kompla li l-ġimgħa li għaddiet seħħ pass fil-ġustizzja dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia iżda wara ħames snin, il-proċess għadu għaddej.
Għalhekk jeħtieġ impenn kbir. Mertu kbir biex sar dan il-pass kien tal-familja Caruana Galizia u tas-soċjetà ċivili. Mhux raġonevoli li kumpilazzjonijiet idumu snin twal miftuħa; pajjiżna għndu rekord ħażin f’dan ir-rigward.
F’Mata l-proċeduri jdumu bejn id-doppju u ħames darbiet iktar mill-medja Ewropea; bejn dak li jingħad u dak li jseħħ hemm differenza kbira. Mhux aċċettabbli d-dewmien ikun min-naħa tal-Pulizija jew l-Uffiċċju tal-AĠ u rridu naraw li l-istituzzjonijiet ikunu immexxija sew u mgħammra kif jixraq fost dawn l-Uffiċċju tal-AĠ u l-qrati. Dan qalu wkoll il-Prim Imħallef fil-bidu tas-sena forensi.
Ir-riformi għandhom isiru b’mod għaqli u studjat u mhux iżolat kif qed isir bħalissa. Il-proċeduri huma mmexxija mill-AĠ u hu inutli li jkun hemm proċeduri iżda min imexxi ma jkuxn qed imexxi kif meħtieġ.
L-Uffiċċju tal-AĠ jeħtieġ isir istituzzjoni li tiġbed lejha l-aqwa imħuħ legali; biex dan isir irid jispiċċa darba għal dejjem l-indħil tal-gvern. Il-PN diġà ppropona li l-AĠ jibda jinħatar biż-żewġ terzi wara sejħa pubblika; dan hu pass meħtieġ biex dan l-Uffiċċju jibda jaħdem kif jixraq skont il-kostituzzjoni. Jeħtieġ ikun hemm ir-rieda politika biex l-istituzzjonijiet iwettqu d-doveri tagħhom skont kif meħtieġ, sostna Bernard Grech.
L-Oppożizzjoni vvutat favur dawn l-emendi li kienu approvati.
//= $special ?>