Raġel ta’ 32 sena residenti San Ġwann ġie lliberat minn akkużi ta’ traffikar ta’ kokaina ġewwa r-Rabat Malta wara li l-uffiċjali tal-Pulizija li arrestawh u elevaw l-imsemmija sustanza naqsu mill-jiddentifikaw fl-awla. Sean Gatt kien qed jiġi akkużat li bejn il-31 ta’ Diċembru tal-2013 u l-1 ta’ Jannar tal-2014 fil-Gżejjer Maltin huwa kien involut fit-traffikar tad-droga kokaina. Huwa kien qed jiġi mixli wkoll li d-droga li nstabet fuqu ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Mill-provi mressqa quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca ħareġ li l-Pulizija għamlu numru ta’ spezzjonijiet ġewwa Gianpula fejn waqqfet diversi nies. Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija qalu fil-Qorti li huma kienu waqqfu lil Sean Gatt fejn fuqu nstabet karta tal-20 ewro imrebbla u sitt pakketti bi trab suspettat kokaina.
Iż-żewġ Pulizija qalu li ma ftakrux f’liema ċirkostanzi ġie arrestat Gatt u wisq anqas kienu f’pożizzjoni li jiddentifkaw l-oġġetti elevati dak inhar. Mill-atti proċeswalli jirriżulta wkoll li r-raġel ġie interrogat fejn kien ammetta li kien xtara d-droga bil-għan li jikkonsmaha hu u jekk sħabu jkunu jridu, huwa jagħtihom.
Il-Qorti qalet li l-ewwel fuq dan il-każ kienet se titratta l-kwistjoni tal-istqarrija ta’ Gatt wara li permezz tal-Avukat tiegħu David Gatt talab biex l-istqarrija li huwa ta lill-Pulizija titneħħa peress li din ittieħedet mingħajr ma ġie mogħti d-dritt għall-assistenza ta’ avukat, waqt l-istess stqarrija.
Il-Maġisttrat Merceica qalet li ma kienx ikkontestat li fl-ebda ħin Gatt ma ngħata dan id-dritt u li wkoll tajjeb li jingġad li f’Jannar tal-2014 il-liġi ma kienitx tagħti dan l-imsemmi dritt. Madankollu sentenzi tal-Qorti qalu li dan id-dritt jolqot ukoll dawk li ma ngħatawx dan id-dritt qabel il-liġi ma daħlet fis-seħħ.
Meta ġiet biex tagħti s-sentenza l-Qorti qalet li hija kienet qed tiskara l-istqarrija u għalhekk il-provi kollha mressqa mill-prosekuzzjoni, dawk li għġamlu t-tfittxija fuq l-imputat ma jissodisawx il-graf rikjest mill-liġi għal sejbien ta’ ħtija.
Għalkemm l-espert maħtur mill-Qorti kkonferma li s-sustanza elevata kienet kokaina, l-pulizija li arrestaw lil Gatt u elevaw id-droga mhux biss naqsu milli jiddentikawh fl-awħa, imma lanqas biss ipprovdew numru tal-karta ta’ identità tiegħu biex juru li droga effettivament kienet tiegħu. Fid-dawl ta’ dan kollu Sean Gatt qatt ma seta’ jinstab ħati u ġie lliberat.
//= $special ?>