Lokali

Kważi kwart tal-miżuri mħabbra fil-Budget ma twettqux – PN

Illum il-Gvern ammetta li madwar kwart tal-miżuri mħabbra fil-Budget għal din is-sena għadhom ma twettqux.

Permezz ta’ stqarrija il-PN permezz tal-kelliem Jerome Carauna Cilia, il-kelliem tal-Finanzi qal li biex tgħaxxaq il-Gvern qed jiftaħar li din hi ogħla mill-medja perċentwali ta’ kemm ilu jsir dan l-eżerċizzju relatat mar-rendikont annwali tat-twettiq tal-miżuri tal-Budget.

Dan juri kemm dan hu Gvern medjokri u li ċerti membri tal-Kabinett huma mifnija b’apatija liema bħalha b’detriment għall-poplu Malti u Għawdxi.