L-attakkant ta’ Real Madrid Karim Benzema rebaħ il-Ballon D’Or għas-sena 2022 fiċ-ċerimonja li saret fit-Theatre du Chatelet f’Pariġi. Benzema, li għandu 34 sena rebaħ dan l-unur għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu wara s-suċċess li kellu ma’ Real Madrid kif ukoll mat-tim nazzjonali Franċiż, fejn skorja xejn inqas minn 44 gowl u ta 15-il assist għal-Los Blancos. L-attakkant Franċiż wassal lit-tim tiegħu sal-finali tal-UEFA Champions League wara li fil-fażi tan-knockout kien strumentali fil-partiti kontra Chelsea kif ukoll Man City.
Fl-istess ċerimonja il-midfielder ta’ Barcelona, Gavi, ingħata il-Kopa Trophy, unur għall-aqwa żagħżugħ tas-sena, fl-eta’ ta’ 18-il sena, wara staġun mill-aqwa ma’ Barcelona u mat-tim nazzjonali Spanjoli. Intant, il-Ballun tad-Deheb fil-kategorija tan-nisa ntrebaħ mill-plejer Spanjola ta’ Barcelona Alexia Puetellas, b’Robert Lewandowski jirbaħ il-Gerd Muller Trophy.
//= $special ?>