Lokali Parlament

L-Oppożizzjoni lesta tagħti kontribut dwar ir-riforma fil-kumpilazzjonijiet

Joe Giglio, PN

Meta kien qed jitkellem fid-diskussjoni dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi Kriminali id-deputat Nazzjonalista Joe Giglio qal li l-Oppożizzjoni lesta tgħti appoġġ biex titwettaq ir-riforma importanti dar il-kumpilazzjonijiet.

Joe Giglio qal li dan hu abbozz li ma jolqotx biss il-każi kriminali iżda jolqot ukoll il-każi kollha ta’ kull persuna li jitressqu l-qorti taħt arrest li ma jkunux ingħataw il-ħelesien mill-arrest.

Hu qal li l-qrati qed jappellaw għal soluzzjonijiet dwar il-problemi tal-kumpilazzjonijiet u sostna li l-Oppożizzjoni lest tagħti l-kontribut tagħha f’dawn ir-riformi.