“Il-Kulleġġ ta’ San Albert jinsab gharkopptejh u jekk il-Ministru tal-Edukazzjoni jew il-Kurja ma jerfgħux responsabbiltà u tittieħed azzjoni immedjata, dan il-Kulleġġ se jkollu jagħlaq.”
Dan kien il-kliem ta’ Marco Bonnici, il-President tal-MUT fejn f’konferenza li saret it-Tnejn wara nofsinhar, fost oħrajn, ġiet indirizzata s-sitwazzjoni tal-Kulleġġ ta’ San Albert .. Sitwazzjoni li fi kliem Marco Bonnici, aktar kemm jgħaddu ġranet aktar qed tkompli tmur għal-agħar.
Marco Bonniċi saħaq li l-Kulleġġ ta’ San Albert jinsab għarkopptejh. Dan għaliex ħafna lezzjonijiet mhux qegħdin isiru minħabba nuqqas ta’ għalliema għad-detriment tal-istudent, filwaqt li kwart tal-istaff diġa irriżenja minn dan il-Kulleġġ, u skont il-President tal-MUT aktar riżenji mistennija li jitħabbru fil-jiem li ġejjin.
Il-President tal-MUT tenna li l-Union tal-għalliema ma tistax tibqa’ tieħu azzjonijie waħedha filwaqt li ħaddieħor jibqa’ gallarija – Għalhekk huwa qal li kemm il-Ministru tal-edukazzjoni kif ukoll il-Kurja hemm bżonn li jieħdu l-passi neċessarju għall-ġid tal-istudenti li jattendu dan il-Kulleġġ u għall-ġid tal-ħaddiema.
Fl-istess konferenza, tal-aħbarijiet l-MUT tkellmet ukoll dwar Att dwar l-Edukazzjoni – Liġi li tirregola l-edukazzjoni tal-istudent sal-età obbligatorja, u għamlet aċċenn għal kif din tħalliet fuq il-mejda u baqgħat ma ġietx implimentata.
L-Union tal-Għalliema għamlet referenża wkoll għal kif madwar 2,500 edukatur għadhom mingħajr laptop fl-iskejjel tal-Istat, hekk kif ħafna minn dawn l-edukaturi spiċċaw qed ikollhom jagħmlu użu minn appart personali taghom. L-MUT tittama li dawn l-edukaturi jingħataw laptop adegwat mingħajr ħafna dewmien, għax illum il-ġurnata din l-għodda teknoloġika, hija essenzjali immens.
//= $special ?>