“Kullħadd jagħmilha x-xirja u ma tistax ma tammethix li l-prezzijiet qed jgħollew.”
Konferma oħra mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana hekk kif ammetta li l-prodotti bażiċi qed jogħlew ta’ kuljum.
Iżda quddiem dak kollu li għaddejjn minnu l-familji Maltin u Għawdxin, il-Gvern ta’ Robert Abela għadu ma offra ebda soluzzjoni konkreta kif se jkun qed jindirizza din ir-realtà u kif se jgħin lil-familji Maltin għall-pjaga tal-għoli tal-ħajja.
Dan minkejjali l-problema tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda fl-ispiża ta’ prodotti bażiċi qed tkun ta’ uġigħ ta’ ras kbira, kemm għan-nies l-aktar vulnerabbli fis-socjetà bħal pensjonanti kif ukoll għal dawk il-familji li għandhom dħul medju.
Meta mistoqsi dwar kif se jkun qed jinħadem il-mekkaniżmu tal-Cola u kemm se tkun iż-żieda mogħtija lill-familji Maltin għall-għoli tal-ħajja, il-Ministru Clyde Caruana ma weġibx.
Il-Ministru Clyde Caruana stqarr li ma jistax jiżvela dettalji dwar dan filwaqt li qalilna sabiex nistennew il-qari tal-Budget li se jsir nhar it-Tnejn li ġej fil-Parlament.
//= $special ?>