Futbol Sport

Marsaxlokk jagħtu l-ewwel telfa lil Gudja United

(Ritratt: Trevor Sollars)

Rowen Camilleri

GUDJA U…………..1

MARSAXLOKK…..2

Gudja U: G. Zammit, J. Bolanos, A. Prates, V. Plut, J. Arthur, N. Micallef, K. Micallef (A. Azzopardi 90’), J. Bezzina, S. Gomes, N. Navarrete, F. Zuniga (B. Selemani 61’)

Marsaxlokk: D. Marko, A. Attard, K. Keqi (S. Moracci 90+2), W. Serrano, S. Ferraris, P. Xuereb (E. Vella 88’) J. Aguillar, L. Aguirre, D. Vukovic, D. Agius (C. Edafe 80’), T. Fonseca

Imwissija: N. Micallef 33’, F. Zuniga 55’, V. Plut 65’, J. Arthur 89’ (G), P. Xuereb 33’, D. Agius 37’, K. Keqi 49’, D. Agius 80’, A. Attard 83’ (M)

Skorjaw: L. Aguirre 56’(pen), K. Keqi 71’ (M), B. Selemani 76’ (G)

Referee: Daniel Portelli

Assistenti Referees: Alan Camilleri u Vasil Vasilev

In-Nazzjon Plejer tal-logħba: K. Keqi (Marsaxlokk)

BOV Plejer tal-logħba: K. Keqi (Marsaxlokk)

Marsaxlokk kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun f’partita taħraq fejn Daniel Portelli ħareġ xejn inqas minn 12-il karta safra kif ukoll keċċa lil goalkeeper riserva ta’ Gudja Manuel Bartolo minn fuq il-bank minħabba xi rimarki li għadda. Gudja kellhom l-aktar ammont ta’ pusses iżda kienu x-Xlukkajri li rnexxielhom jiksbu vantaġġ ta’ żewġ gowls fit-tieni taqsima permezz ta’ Aguirre u Keqi biex mbagħad is-sostitut Bienvenu Selemani reġa daħħal lil Gudja fil-partita iżda dan ma kienx biżżejjed għaliex l-iskwadra mmexxija minn Pablo Doffo żammet il-vantaġġ sat tmiem u kienu huma li ħadu l-punti kollha f’dan il-konfront. Għal Gudja United din kienet l-ewwel telfa tal-istaġun wara erba’ rebħiet u żewġ draws.

Wara żewġ minuti Marsaxlokk fuq l-offensiva u l-goalkeeper ta’ Gudja Glenn Zammit kien impenjat mill-ewwel hekk kif kellu jwettaq save mill-aqwa fuq Tiago Fonseca. Mal-kwarta logħob attakk fuq in-naħa l-oħra b’ Navarrete jara l-konklużżjoni tiegħu tkun milqugħa mill-goalkeeper Xlukkajr Marko. It-tnesjoni fil-partita laħqet livelli għoljin ħafna biż-żewġ settijiet ta’ plejers jidħlu daħliet koroh fejn saħansitra Daniel Portelli keċċa lil Manuel Bartolo minn fuq il-bank tas-sostituti ta’ Gudja.

Marsaxlokk marru minn fuq fis-57 minuta meta Keqi twaqqa fil-kaxxa minn Romero u mill-11-il metru kien LEANDRO AGUIRRE li tefa’ wara Zammit. Gudja marru viċin il-gowl tad-draw fl-azzjoni ta’ wara minn free-kick b’saħħtu ta’ Arthur li sab lil Marko għal darb’oħra attent u wettaq save mill-isbaħ.

Leandro Aguirre jiskorja l-ewwel gowl ta’ Marsaxlokk minn penalty (Ritratt: Trevor Sollars)

Marsaxlokk skorjaw it-tieni gowl fil-71 minuta meta kien l-eks attakkant ta’ Floriana KRISTIAN KEQI li bir-ras tefa’ ġewwa wara kross minn korner. Għaddew biss ħames minuti u Gudja daħlu lura fil-partita permezz ta’ gowl ta’ BIENVENU SELEMANI li żmarka ruħu tajjeb u mill-viċin għeleb lil Marko. Marsaxlokk irreżistew tajjeb l-attakki tal-Gudjani u rnexxielhom jiksbu tliet punti importanti li jtellawhom fit-tmien post bi 8 punti.