Futbol Sport

Mason Greenwood jerġa jitressaq il-Qorti fuq tliet akkużi

(Ritratt: EPA)

Dgħalodu il-plejer ta’ Manchester United Mason Greenwood deher il-Qorti wara li ġie akkużat b’attentat ta’ stupru, assalt u li kkawża feriti fuq persuna oħra.

Membri tal-familja tal-plejer ta’ Manchester United kienu fil-gallerija pubblika hekk kif deher bi flokk griż u qalziet tal-jogging.

It-tliet akkużi huma relatati mal-istess mara.

Greenwood, ta’ 21 sena, inżamm arrestat f’Jannar u kien ilu fuq libertà proviżorja sas-Sibt, meta allegatament kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ u l-prosekuturi ddeċidew li jakkużawh.

Greenwood ikkonferma ismu, id-data tat-twelid u l-indirizz tiegħu fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Manchester.

Dettalji tal-akkużi nqraw qabel ma l-proċeduri ġew differiti għal aktar tard illum meta se jiġu deċiżi l-arranġamenti tal-pleġġ.

Jingħad li l-attentat ta’ stupru seħħ f’Ottubru 2021, l-attakk f’Diċembru 2021, u l-imġieba ta’ kontroll u koerċitiva bejn Novembru 2018 u Ottubru ta’ din is-sena.

Manchester United issospendew lil Greenwood meta ħarġu l-allegazzjonijiet u minn dakinhar ma lagħabx jew tħarreġ mal-klabb.

Ma’ Manchester United Greenwood lagħab 129 partita u skorja 35 dabra.

Greenwood tneħħa wkoll mil-video game popolari tal-Fifa 22 u Nike temm il-ftehim ta’ sponsorship tiegħu wara li ġara l-ewwel każ.