Ivan Castillo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li issa l-gvern qed jgħid li nduna li l-mudell ekonomiku li attwa fl-aħħr 10 snin fejn importa eluf ta’ ħaddiema bla ħiliet mhux il-mudell adatt għal Malta.
Ivan Castillo qal li l-pjan ekonomiku kien ibbażat b’mod skorrett kif iddikjara issa l-Ministru tal-Finanzi. Hu sostna li dan kien pjan bla pjan li fih iddaħħlu l-eluf ta ħaddiema barranin bla ħiliet bla ma kien hemm pjan fuq is-setturi kollha.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-PN kien qed isostni li din kienet ekonomija skorretta li kienet se toħloq iktar problemi bi prezz ferm għoli. Dan il-gvern ma ħoloq l-ebda settur ekonomiku ġdid u dak li kien maħluq kien ibbażat biss fuq iċ-cheap labour.
Ivan Castillo qal li l-gvern ħoloq il-lista l-griża u nqatlet ġurnalista għax kienet qed tagħmel xogħolha; fil-pajjiż hawn sens ta’ intimidità. Il-PN ħareġ numru ta’ proposti dwar id-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaforma; xi ħaġa li l-gvern naqas li jagħmel.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern hu reattiv u jħallas eluf ta’ ewros f’konsultazzjoni iżda kellha tkun l-Oppożizzjoni li ħarġet il-propsti dwar il-liġi. 87% tal-istudenti f’Malta jitilqu mill-pajjiż; statistika għolja u inkwetanti minħabba li hawn impjiegi ta’ valur miżjur.
Il-pajjiż qed jesporta l-aqwa elementi tiegħu lil pajjiżi barranin u jimporta ħaddiema bla ħila; dan hu falliment għall-pajjiż kollu.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li issa l-gvern induna li għamel żvela; dam 10 snin biex irrealizza u issa se jagħmel ċensiment dwar il-ħiliet. Kien stabbilit li 54% tal-ħaddiema huma kwalifikati żżejjed għall-impjiegi jinsabu fih; minnhom 35% huma kwalifikati żżejjed għall-impjiegi tagħhom.
Ivan Castillo kompla li l-gvern mhux jindirizza l-problema dwar l-impjieg bejn is-sessi u sostna li l-gvern qed jikkompeti mas-settur privat għall-ħiliet. Hu appella biex ikun hemm sinerġini mal-komunità akkademiċi u sostna li l-gvern għandu jimplimenta proposti tajbin tal-Kamra tal-Kummerċ.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Kamra tal-Kummerċ qed tippropona wkoll l-identifikazzjoni tal-ħiliet li qed jevolvu. Jirriżulta n-nuqqas ta’ ħiliet qed iwasslu biex anki l-ħwienet qed jagħlqu; fl-aħħar seba’ snin għalqu 110 kumpanija. Dan qed ikun ikkunsidrat mill-istituzzjonijiet barranin.
Hu tkellem dwar l-Air Malta u qal li fl-2012 il-gvern kellu pjan approvat mill-UE għar-riġenerazzjoni tal-Air Malta iżda dan il-gvern Laburista kompla jimpjega nies tal-qalba b’miljuni ta flus fi ħlasijiet.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-iskemi li daħħal gvern Laburista fl-Air Malta u qal li qed ikun diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema li ħadu l-iskema sentejn ilu u dawk li qed joħduha llum.
Ivan Castillo kompla li l-futur tal-Air Malta jiddependi mill-għajnuna li tista’ tagħti l-UE. Dwar il-Gozo Channel, hu qal li l-Gvern ċaħad li din se tkun privatizzata iżda wara ġimgħa l-Prim Ministru ddikjara li l-Gozo Channel se tkun pirvatizzata. Il-Gozo Channel hi Air Malta oħra; x’se jsir mill-ħaddiema tal-Gozo Channel?, irrimarka Ivan Castillo.