Sport

Pickleball: Tliet ijiem ta’ taħriġ għal plejers u kowċis

Il-Malta Pickleball Association organizzat coaching clinic għall-kowċis lokali f’dan l-isport. 

Preżenti Pat Murphy eks President tal-Federazzjoni internazzjonali tal-pickleball flimkien mal-kowċis lokali Roberta Girard u Steffi Pace b’din tal-aħħar tkun hi li f’Awwissu tal-2018 tat bidu għal dan l-isport f’pajjiżna. 

Matul it-tlett ijiem ta’ coaching clinic, plejers u kowċis lokali kellhom l-opportunità li jitħarrġu f’dak kollu marbut mal-aħħar strateġiji u taħrig fil-pickleball. Fi tmiem il-coaching clinic ingħata wkoll aġġornament tar-regoli u kors għal referees, fejn uħud mill-aħjar plejers tal-pickleball lokali gew ippreżentati b’Certifikat fil-Coaching tal-Federazzjoni internazzjonali Pickleball. 

Filwaqt li bejn it-30 ta’ Novembru u l-4 ta’ Dicembru f’Mumbai, Indja ser tkun organizzata l-kompetizzjoni internazzjonali għal Bainbridge Cup, il-Malta Pickleball Association f’Mejju li għadda ħadet sehem b’suċċess fil-Kampjonati ta’ Ruma wara l-impenn internazzjonali f’Settembru tal-2021 fil-Kampjonati ta’ Spanja.