Futbol Sport

Roma b’rebħa minima fuq Sampdoria…..draw bejn Lecce u Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Roma kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Sampdoria biex saħħew posthom fir-raba’ post tal-klassifika bi 22 punt. Min-naħa l-oħra Sampdoria baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika hekk rnexxielhom jiksbu biss tliet punti fil-bidu ta’ staġun diżappuntanti għalihom. Il-gowl uniku tal-partita għal Roma wasal fid-9 minuta meta Roma ngħataw penalty, hekk kif il-plejer ta’ Sampdoria Alex Ferrari deher imiss il-ballun b’idu. Mill-ħdax-il metru inkariga ruħu Lorenzo Pellegrini li xeħet fix-xibka għal 1-0.

Lecce 1-1 Fiorentina

Fi Stadio Via del Mare, bilanċ assolut matul l-ewwel taqsima minkejja li Fiorentina kienu aktar fil-partita. Fit-38 minuta minn azzjoni ta’ Giacomo Bonaventura, Arthur Cabral għeleb lil Wladimiro Falcone. Madankollu Luca Massimi kkonsulta l-VAR u ma kkonvalidax il gowl minħabba eventwali offside. Reazzjoni minn Lecce li fit-43 minuta marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Joan Gonzalez kien Assam Ceesay li għeleb lil Pietro Terracciano. Fiorentina fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva tant li fit-48 minuta kien Christian Kouame li minn azzjoni ta’ Cabral għeleb lil Falcone għal 1-1. Fil-ħin miżjud tkecca għal Lecce Antonino Gallo wara li kien ammonit darbtjen f’minuta.

(Ritratt: EPA)

RIżultati:

Sampdoria v Roma 0-1
Lecce v Fiorentina 1-1