Kenneth Vella
Meta l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa saret is-47 laqgħa tal-istaġun fuq għaxar tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott ingħata l-bidu għat-Tazza tal-President għal żwiemel tal-aqwa klassi Premier. Dan permezz ta’ ħames heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li minnhom għoxrin żiemel għaddew għas-semifinali. Barra dawn, il-laqgħa nkludiet ukoll żewġ semifinali mill-kampjonat Krafft tal-klassi Silver ukoll fuq distanza qasira.
Fl-ewwel heat Premier, il-kwotat Sir QC (Paul Galea) li kien għal ħafna metri quddiem, inqabeż f’nofs id-dritta finali mid-debuttant Dream Cash (Noel Baldacchino) li rnexxilu jieħu l-ewwel rebħa f’Malta. Kif kien mistenni, Eadshot Josselyn (Rodney Gatt) irreġistra t-tieni rebħa konsekuttiva u f’Malta fit-tieni heat. Dan wara li mar quddiem dawra mit-tmiem u fl-aħħar metri kkontrolla l-assalt ta’ Djembe Du Pont (Jesmar Gafa’).
It-tielet heat kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Aster Des Caillons (Noel Baldacchino) u Ellington Dream (Charles Camilleri). Kien iż-żiemel ta’ Camilleri li bi ftit ħa t-tieni rebħa nfila u fi xtutna. Attakk mibdi 300m mit-tmiem tar-raba’ heat u fuq in-naħħa ta’ barra wassal lil Diablo d’Herfraie (Rodney Gatt) biex jiehu wkoll l-ewwel rebħa f’Malta.
Fil-ħames u l-aħħar heat, il-favorit Antoine Du Bourg (Redent Magro) inqabeż mir-rebbieħ Charming Soldier (Paul Galea) eżatt fuq il-linja finali. Għal Charming Soldier din kienet il-ħames rebħa tas-sena. Ta’ min wieħed jinnota li din is-sena din il-kompetizzjoni qiegħed tittella’ bl-appoġġ finanzjarju tal-awtorita’ dwar l-isport taż-żwiemel EquestriMalta.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Darling Atout (P. Galea) Ħin – 2.38.3” (1.14”) 2. Endrix Bleu (C. Camilleri) 3. Hitthebar (M. Debono) 4. Defi Du Theys (C. Vassallo)
II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Epopee Du Douet (J. Gafa’) Ħin – 2.44.5” (1.16.9”) 2. Baby Black D’Erah (P. Spiteri) 3. Samson Ris (M. Tanti) 4. Elixir Du Padoueng (D. Gatt)
III Tiġrija. Semifinali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Gigaro AM (A. Bartolo) Ħin – 2.39.8” (1.14.2”) 2. Dream Turgot (K. Saliba) 3. Emissoro (R. Schembri) 4. Classic Gal (J.P. Farrugia) IV Tiġrija. Semifinali Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Cobbys Celeb (K. Azzopardi) Ħin – 2.40.6” (1.15”)
//= $special ?>