Lokali Transport

TRAFFIKU: Il-Ministru l-ewwel iwaħħal fil-festi, issa tort tal-inċidenti fit-triq

L-ewwel waħħal fil-festi, issa jitfa’ l-ħtija fuq l-inċidenti fit-triq.

Dan hu dak li qal il-Ministru Aaron Farrugia ma’ Net News hekk kif saqsejnih dwar it-traffiku f’pajjiżna, u jekk l-imgħallem tiegħu, Robert Abela kellmux dwar din il-problema, dan wara li fl-aħħar jiem ma’ Net News il-PM qal li l-problema tat-traffiku qed tħassbu.

Mistoqsi għal darb’oħra jekk tkellimx mal-PM fuq traffiku ta’ kuljum li qed jaffetwa lill-ħaddiema u l-istudenti fost l-oħrajn, il-Ministru qalilna hekk.

Aħna fis-sajf konna qed naħdmu fuq back to school plan… Kellna inċident wieħed partikolari li kien it-Tnejn, ili wassal għal diversi inċidenti li jekk hux sejjer żbaljat kienu 17-il inċident, illi iva staġnaw il-pajjiż.” – Aaron Farrugia

Saqsejnih ukoll x’wassal għal konklużjoni li jgħid li l-metro huwa doable meta għandhom isiru l-istudji ġeoloġiġi bil-Ministru jgħid li mhux vera qal hekk…

Min-naħa tiegħu qalilna li issa qed jara x’inhu l-mudell ekonomiku tal-proġett… bil-Ministru jgħid li sa issa għadu ma jafx x’inhu dan il-mudell.