Futbol Sport

Crystal Palace jirkupraw minn gowl żvantaġġ u jirbħu

F’Selhurst Park, Crystal Palace rkupraw minn gowl żvantaġġ biex għelbu lil Wolves 2-1. Wolves fil-vantaġġ fil-31 minuta permezz ta’ Adama Traore. Crystal Palace dawru l-iskor fit-tieni taqsima l-ewwel kien Eberechi Eze li għamilhom 1-1 biex 20 minuta mit-tmiem kien Wilfried Zaha li għamel l-iskor 2-1.

Brighton u Nottingham Forest temmew fi draw ta’ mingħajr gowls fl-ewwel partita mill-ħdax-il ġurnata fil-Premier League. B’hekk b’dan ir-riżultat, Forest inqalgħu momentarjament mill-aħħar post tal-klassifika u telgħu fid-19-il post b’sitt punti filwaqt li Brighton saħħew posthom fis-seba’ post bi 15-il punt.

Logħob għal-lum:

20:30 – Bournemouth vs Southampton

20:30 – Brentford vs Chelsea

20:30 – Liverpool vs West Ham

20:30 – Newcastle vs Everton

21:15 – Man United vs Tottenham