Genoa għamluha għall-fażi li jmiss tal-Coppa Italia meta għelbu lil SPAL bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl li kien deċiżiv f’dan il-konfront wasal qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ penalty ta’ Albert Gudmundsson.
Torino rkupraw mit-telfa fid-derby kontra Juventus meta għelbu lil Cittadella bl-iskor ta’ 4-0. Nemanja Radonjic fetaħ l-iskor fil-21 minuta b’Pietro Pellegri jagħlaq il-partita fil-55 minuta. Kwarta mit-tmiem, Torino komplew ikabbru l-iskor u kien Perr Schuurs li għamilhom 3-0 biex mbagħad David Zima għamel l-iskor finali 4-0.
Logħob għal-lum:
15:00 – Spezia vs Brescia
18:00 – Parma vs Bari
21:00 – Udinese vs Monza
//= $special ?>