Iċ-Ċina qed tidher li żiedet ir-ritmu tal-proċess lejn ir-reunifikazzjoni mat-Tajwan u meta Beijing baqa’ jinsisti dwar id-dritt tal-forza fi żmien ta’ tensjoni kbira għar-reġjun
Dan ikkonfermah is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken li wissa li Beijing, issa, iddeċieda li l-istatus quo, fir-rigward tat-Tajwan, mgħadux kunċett aċċettabbli.
Il-President ta-Ċina, Xi Jinping, waqt l-aħħar diskors tiegħu, irrifjuta li pajjiżu jwarrab għall-mezzi militari biex jieħu lura lit-Tajwan u meta Beijing iqis lil din il-gżira Stat bħala parti mit-territorju tiegħu.
Madankollu, it-Tmexxija f’Tajpej qed tinsisti li t-Tajwan huwa Stat indipendenti – b’Antony Blinken ifakkar li l-Istati Uniti beħsiebha tonora l-impenji tagħha lit-Tajwaniżi filwaqt li tappoġġja lill-kapaċitajiet tal-gżira biex tiddefendi lilha nnfisha.
//= $special ?>

