Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet fil-parlament nhar it-Tnejn li ħames snin ilu l-pajjiż theżżeż meta nqatlet Daphne Caruana Galizia u sostniet li l-kapitlu mhux magħluq anzi għadu l-bidu. Hi qalet li f’ħames snin il-gvern m’għamel xejn iżda issa hemm konferma ta’ nisġa sħiħa u tal-brimba warajha.
Issa jonqos li jinqabdu l-brimb għaliex fl-aħħar ħames snin ma terssaq ħadd mill-persuni li riedu jeħilsu minn Daphne Carauan Galizia. Saru 60 velja fis-16 ta’ kull xahar mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Ħadd ma jista’ jinsa li Daphne Caruana Galizia kienet ġurnalista li kitbet fuq il-politiċi, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li sostniet li l-gvern m’għandux ir-rieda biex issir ġustizzja.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-abbozzi ta’ liġijiet dwar il-media juru kemm il-gvern m’għandux l-impenn li titwettaq ġustizzja għax dawn huma abbozzi fażulli. Hi qalet li wara li l-gvern m’għamilx il-konsultazzjoni, kienet l-Oppożizzjoni li bdiet dan il-proċess. Ir-reazzjoni hi li l-rpposti tal-gvern ma jsiwex il-karta li fuqhom inkitbu.
Claudette Buttigieg sostniet li l-gvern qed jgħid li l-liebrtà tal-espressjoni tista’ tkun suġġetta għar-restrizzjonijiet kif preskritti bil-liġi. Din hi pass lura għax jekk il-gvern mhux se jemenda l-liġi, il-gvern se joħloq ostakli ġodda biex jagħlaq ħalq il-ġurnalisti. Il-gvern m’għandux interess li jipproteġi lill-ġurnalisti u lis-sorsi tagħhom.
Hi qalet li uffiċjal tal-Awtorità tal-Ippjanar fl-aħħar ġranet reġa’ għajjar lil Daphne Caruana Galizia li hi saħħara; dawn in-nies jibqgħu b’impunità kbira.
//= $special ?>