Il-parlament Malti sellem il-memorja tal-ex Viċi-Kap tal-PN u deputat Nazzjonalista Robert Arrigo li miet dalgħodu u ddeskrivih bħala “ġentlom li kien jgħin lil kulħadd u li baqa’ dejjem maż-żgħir”.
Bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra il-parlament għamel sessjoni partikolari li fiha tkellmu l-Prim Ministru Robert Abela, l-Ispeaker tal-parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizjzoni Bernard Grech. Wara dawn id-diskorsi dwar Robert Arrigo, il-parlament aġġorna għal għada t-Tlieta 19 ta’ Ottubru 2022. Il-parlament żamm ukoll minuta silenzju f’tifkira ta’ Robert Arrigo.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Gerch qal li Robert Arrigo kien ġentlom li ilu ħafna snin fil-politika; sa mill-194 meta sar Sindku ta’ Tas-Sliema. Hu sostna li Robert Arrigo serva lill-poplu Slimiż u lill-poplu Malti bħalla deputat u bħala Viċi-Kap tal-PN.
Hu sostna li r-relazzjoni ma’ Robert Arrigo kienet waħda li nibtet meta sar Kap tal-PN. Hu kien bniedem li jgħidhielek kif iħossha; kien ikollna diskussjonijiet twal. Robert Arrigo kellu sens kbir ta’ lealtà lejn il-PN u lejn l-elettorat fejn kien iżomm kuntatt kontinwu mal-elettoralt biż-żjarat fid-djar.
Dak hu l-politiku; li jkun f’kuntatt dirett man-nies; sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni, li kompla li jiftakar l-esperjenza tas-sajf l-ieħor meta Robert Arrigo kien anki qrib li jmut. Hu kellu devozzjoni kbira lejn Santa Marta u baqa’ dejejem impenjat kif se jgħin lill-poplu; anzi finanzjarjament.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li s-sens ta’ dover baqa’ għandu sal-aħħar u spjega kif sa ġimgħa ilu kien qed jitkellem meigħu fid-dar Ċentrali talPN. Hu qal li Robert Arrigo kien determinat li jiċċelebra l-50 sena tiegħu fit-turiżmu b’attività partikolari.
Il-Kap tal-PN ta l-kondoljanzi f’isem il-PN lill-familja kollha ta’ Robert Arrigou ta wkoll il-kondoljanzi lid-deputat Nazzjonalista David Agius li ftit ilu tilef ukoll lil missieru, Twanny. Hu fakkar ukoll is-sentejn anniversarju mill-mewt tad-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi.
Il-Prim Ministru Robert Abela ta l-kondoljanzi lill-familji ta’ Robert Arrigo u ta’ David Agius.
Hu qal li Robrt Arrigo kien ħabib personali li jmur lil hinn mill-politika u sostna li saru jafu lil xulxin fl-2017. Robert Arrigo kien juri rispett lejn id-deputati ġodda, sostna l-Prim Ministru, li kompla li Diċembru li ġej kien se jkun il-50 anniversarju ta’ Robert Arrigo fit-turiżmu u għalhekk kien se jagħmel attivita partikolari. Hu sostna li waqt il-pandemija, Robret Arrigo kien wieħed mill-persuni li kien ta konfort fid-deċiżjonijiet tat-turiżmu: dejjem ta l-aqwa pariri għall-pajjiż.
Il-Prim Ministru qal li Robert Arrigo kien ikellmu dwar każi soċjali ta’ diversi persuni fil-bżonn u sostna Robert Arrigo dejjem baqa’ viċin iż-żgħir u l-batut. Il-pajjiż tilef ġentlom li kellu ruħ soċjali kbira, kellu għal qalbu l-qasam sportiv u rnexxa fil-politika; kien sensittiv ħafna għas-settur soċjali.
L-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li hu kien ilu jaf lil Robert Arrigo: li dejjem kien persuna pożittiv u ġentlom. Hu semma’ l-inċident meta 10 sena ilu, Robert Arrigo kien ċempillu fil-Milied meta rriżenja minn Deputat Mexxej tal-PL u qallu biex jagħmel kruaġġ għax Alla kbir.
L-Ispeaker kompla li kien anki ċempillu fuq il-familja tiegħu propju meta Robert Arrigo kien għaddej minn żminijiet diffiċli. Lil Robert ħabbu kulħadd; ħabbitu Malta u għamel ġid lis-soċjetà kollha, sostna l-Ispeaker, li kompla li Robert Arrigo kien kapaċi jagħmel il-ġid lil hinn minn kull element politiku.
//= $special ?>