Lokali Parlament

Il-proġett tax-Xatt tal-Imsida ilu iktar minn sena biex jitlesta

Graziella Attard Previ, PN

Id-depuat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament nhar it-Tnejn li għadda li l-Imsida hi minsija mill-awtoritajiet fejn wieħed mill-proġetti ilu għaddej iktar minn sena. Dan il-proġett hu dak ta’ tisbiħ tax-Xatt tal-Imsida iżda wara sena l-proġett għadu mhux lest.

Dan qed iġib inkonvinjent għar-residenti għax m’hemmx pjan meta dan se jitlesta. Inqalgħu s-siġar kollha li kien hemm fix-Xatt; dawn se jerġgħu jitwaħħlu? Għaliex il-proġett għadu ma ntemmx? staqsiet Attard Previ, li kompliet li dan ix-xogħol qed jikkaġuna problemi kbar ta’ traffiku. Issa jidher li ebda proġett ieħor fl-istess triq fejn tħaffret trinka biex ikun hemm modenizzar tas-sistema tad-drenaġġ; iżda fejn hu l-ippjanar?

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Misidjani jinżlu ħafna x-xatt iżda din is-sena ma jistgħux gawdu dan il-post. Dan l-inkonvinjent qed joħloq problemi anki għall-istabbilimenti kummerċjai li hemm fit-triq.

Hi semmiet l-Iskola Primarja tal-Imsida u qalet din l-iskola għadha ma tlestiex u reġgħet twaqqgħet mill-ġdid. Dan qed iwassal biex għal sens skolastika oħra, tit-fal qed jattendu l-iskola ta’ Santa Venera.

Id-deputat Nazzjonalista appellat biex il-proġetti jitlestew fil-ħin, ma jibdew proġetti oħra fl-istes sħin u biex tingħata data ġdida meta se jitlesew dawn il-proġetti; u din id-data jżommu magħha għax ir-residenti jxirqilhom ħafna aħjar.