Lokali

ILLEJLA: Intervista mal-familja Arrigo waqt il-programm NETLIVE

Illejla fis-6:10pm Net TV se jkun qed isellem il-memorja tad-deputat Nazzjonalista Robert Arrigo. Dan permezz ta’ edizzjoni speċjali tal-programm NETLIVE.

Aktar kmieni illum, il-kollega Charlene Buttigieg Farrugia iltaqgħet ma’ Marina Arrigo u maż-żewġ uliedu li tkellmu dwar il-figura ta’ missierhom li kien mhux biss maħbub fil-komunità ta’ Tas-Sliema imma rispettat fid-diversi sferi tas-soċjetà li ħadem fihom.

Marina Arrigo taqsam magħna uħud mill-isbaħ memorji li kellha tul dawn is-snin kollha, fejn baqgħet tagħti sostenn lil Robert sal-aħħar.

Net TV se jxandar dawn l-intervisti għall-ewwel darba illejla.