Lokali

Imut missier David Agius

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Twanny Agius; missier id-Deputat Speaker tal-Parlament David Agius.

Twanny Agius – li kien miżewweġ u kellu żewġt itfal – jibqa’ mfakkar għall-involviment kbir tiegħu fl-isports. Hu kien plejer u anke referee, u ħa ħsieb logħbiet kemm fl-istadium tal-Gżira kif ukoll f’Ta’ Qali.

Twanny Agius laħaq President tal-MAFA fl-1999. Minbarra diversi karigi fl-istrutturi tal-MFA fosthom bħala Membru fil-Kunsill, hu għamel 23 sena fit-tmexxija tal-MAFA u proprju kien għażel li ma jerġax jikkontesta fi tmiem l-istaġun li għadda.

F’messaġġ emozzjonanti fuq il-media soċjali, David Agius sellem il-memorja ta’ missieru u sejjaħlu raġel ta’ veru.

Id-Deputat Speaker irringrazzja lill-konsulenti, tobba, infermieri, nursing aides u oħrajn li ħadu ħsieb lil missieru kemm f’Mater Dei u u anke fil-Palliative Care Ward fl-Onkoloġija. Filwaqt li rringrazzja wkoll lil Hospice Malta tas-support.