Ewropa Lokali

“Issa jmiss il-politiċi u l-uffiċjali li kellhom sehem fl-assassinju ta’ Daphne” – David Casa

L-assassini nqabdu. Issa jmiss il-politiċi u l-uffiċjali li kellhom sehem fl-assassinju.”

Dan intqal mill-MEP Nazzjonalista David Casa waqt id-diskors tiegħu waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew t-Tnejn li għadda.

David Casa kkritika wkoll lill-Gvern Laburista talli dam ħafna biex jaħdem kontra r-reati ta’ korruzzjoni li kienet qed tinvestiga Daphne Caruana Galizia. Huwa saħaq li għad jonqos biex issir ġustizzja sħiħa għal dik il-kriminalita’ li kienet qed tesponi Caruana Galizia u fuq dan il-punt għadna lura ħafna.