Malta se tospita l-Kampjonati tad-Dinja tad-dilettanti tac-Ċess ġewwa l-Paradise Bay Resort fil-Mellieħa bejn l-20 u t-30 ta’ Ottobru. F’dan it-turnew prestigjuż jistghu jippartecpaw plejers li għanhom rating ta’ inqas minn 2300.
Ħa jkun hemm sitt Kampjonati. Dawk b’rating taħt l-1700 kif ukoll dawk bla rating; dawk b’rating taħt l-2000 u dawk inqas min 2300. Jekk ikun hemm numru biżżejjed, in-nisa jkollhom kompetizzjoni għalihom.
Huwa mistenni li jipparteċipaw iktar min 200 plejer minn madwar id-dinja. L-iktar pajjiż rapreżentat huwa Malta bi 18-il plejer. Polonja għandha 14-il plejer u Indja 13. Hemm 51 pajjiż rapreżentati fosthom l-Awstralja, il-Brażil u l-Istati Uniti u l-Filippini. Malta se tkun rapreżentata mill-FM (Fide Master) Clraence Psaila (1978), Oliver Said (1914), Jack Mizzi (Junior Champion), Dusan Djokic, Mario Psaila, Elena Ghitza, John Richards, Timothy Vella, Ian Refalo, Luke Fleri, Claude Licari, Adam Buckle, Leonardo Zangrilli, Jacob Leigh Micallef, David Gauci, Stephen Busuttil Naudi, Isaac Grima Bongailas and Lev Krutis.
Ħamsa mill-arbitri huma Maltin – IA (International Arbiter) Noel Grima, FA (Fide Arbiter) Duncan Vella, Peter Sammut Briffa, Robert Novak and Filipina Thornton.
Il-logħob se jkun kuljum mill-Ġimgħa 21 sas-Sibt 29 ta’ Ottubru fl-16:00.
Għall-aktar dettalji żuru s-sit https://malta2022.net