Internazzjonali

L-Awstralja: Tirtira d-deċiżjoni għar-rikonoxximent ta’ Ġerusalemm tal-Lvant bħala l-kapitali Iżraeljana

L-Awstralja rtirat mid-deċiżjoni li kienet ħadet erba’ snin ilu biex tirrikonoxxi lill-Punent ta’ Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael. Dan waqt li l-Ministru Awstraljan għall-Affarijiet Barranin, Penny Wong spjegat li d-deċiżjoni li ttieħdet fl-2018 serviet biex ittellef il-paċi, bl-Awstralja titbiegħed mill-politika tal-pajjiżi l-oħra rigward din l-issue taħraq.

Il-Ministru kompliet li l-Awstralja se tkompli bħala ħabiba kbira ta’ Iżrael u li ma għandha l-ebda ħsieb li tneħħi l-ambaxxata tagħha minn Tel Aviv .

Dan meta l-istatus ta’ Ġerusalemm jibqa’ fost l-aktar kwistjonijiet jaħarqu fil-konflitt bejn Iżrael u l-Palestinjani — bil-Gvern Iżraeljan qed jidher urtat b’dan il-u-turn mill-Awstralja.

Fil-fatt, il-Prim Ministru Iżraeljan, Yiar Lapid, qal li l-Awstralja deċidiet li tibdel il-politika dwar Ġerusalemm b’reazzjoni għal rapport inkorrett li deher fil-media. Hu, fl-istess ħin, esprima tama li l-Gvern Awstraljan jieħu ħsieb kwistjonijiet oħra b’mod aktar serju u professjonali.