Il-każ kontra ħamest irġiel akkużati taw job fantażma mal-Gvern lil Melvin Theuma, permezz ta’ xogħol illegali u li huwa qatt ma ried jew applika għalih u li tħallas għalih minkejja li qatt ma mar fuq il-post tax-xogħol, xhur biss wara li Theuma kien għen biex biex tinqatel il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, laħaq tragward importanti b’digriet ta’ tal-Maġistrat. li ddikjarat li jeżistu raġunijiet biżżejjed – prima facie biex l-Avukat Ġenerali toħroġ l-att tal-Akkuża biex ikompli l-proċess quddiem il-Qorti Kriminali.
Il-Maġistrat Monica Vella ħarġet id-digriet l-każ fikontra Yorgen Fenech – li diġà jinsab akkużat talli allegatament ikkummissjona l-qtil tal-ġurnalista, Keith Schembri, l-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-eks kap tal-customer care tal-OPM Sandro Craus, Anthony Ellul, l-eks segretarju privat fil-ministeru tal-familja u l-eks CEO ta’ Housing Maintenance and Embellishment Co Ltd Anthony Muscat, li kompla jinstema’ l-Erbgħa.
Id-digriet wasal ġurnata wara li l-Qorti ċaħdet l-aħħar talba tad-difiża biex titħassar ix-xhieda li ta Melvin Theuma fl-inkjesta maġisterjali mill-atti ta’ dan il-każ. Dik it-talba kienet riżultat tar-rifjut ta’ Theuma li jixhed f’dawn il-proċeduri. Fuq il-pedana tax-xhieda, Theuma kien ikkwota d-dritt tiegħu li ma jinkriminax lilu nnifsu, wara li l-avukati difensuri staqsew jekk il-maħfra presidenzjali li ngħata b’rabta mal-qtil, tipproteġiehx ukoll fuq dan ir-reat partikolari.
Fid-digriet tagħha, il-qorti għamlitha ċara li f’dan l-istadju tal-proċeduri, il-liġi kienet teħtieġ biss evidenza li tindika l-eżistenza ta’ każ apparenti biex tingħata risposta, u mhux evidenza ta’ ħtija. Il-każ se jkompli fil-25 ta’ Novembru. L-Ispetturi Nicholas Vella u Brian Paul Camilleri qed imexxu l-prosekuzzjoni. L-avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qed jiddefendu lil Fenech. L-avukati Edward Gatt u Mark Vassallo qed jassistu lil Schembri. L-Avukat Stefano Filletti qed jassisti lil Muscat. L-avukati Vince Micallef u Ryan Ellul qed jirrappreżentaw lil Ellul. Għal Craus dehru l-avukati Michael u Lucio Sciriha.
//= $special ?>