Edukazzjoni Lokali

Botta u risposta bejn il-UPE u l-MUT

Il-UPE habbret illi t-Tlieta, il-Kap Ezekuttiv tal-Union Graham Sansone kellu kordjali mar-Rettur tal-Kulleġġ St Albert Patri Aaron Zahra kif ukoll ma’ membri tal-istaff tal-istess Kulleġġ….bil-UPE tghid li l-Kulleġġ qed iwettaq il-ħidma kollha tiegħu kif suppost taħt it-tmexxija tal-ordni tad-Dumnikani.

Waqt din il-laqgħa l-edukaturi urew it-tħassib tagħhom dwar l-istampa negattiva li qed jingħata l-Kulleġġ hekk kif ċerti entitajiet qed jippruvaw jikkrejaw sens ta’ frustazzjoni u ansjeta fost l-edukaturi, l-istudenti u anke l-ġenituri.  

Graham Sansone qal li l-edukaturi ta’ dan il-Kulleġġ huma kommessi li jaħdmu fl-aħjar interess tal-istudenti kif ilhom jagħmlu sa mill-ftuħ tal-kulleġġ St Albert.

Saħaq li l-UPE qed tagħti s-sapport kolli tagħha lir-Rettur, bl-UPE toffri l-għajnuna kollha tagħhom sabiex din il-kwistjoni tkun riżolta.

Intant b’reazzjoni għal din l-istqarrija, l-Union tal-Għalliema kkrikat lir-Rettur u qalet li l-UPE ma tippreżenta lill-ebda edukatur… bl-għalliema li jaħdmu f’dan il-Kulleġġ huma rrappreżentati mill-MUT.

Kritika oħra li saret mill-MUT kienet li r-Rettur qed ikompli għaddej bir-retorika tiegħu li l-Kulleġġ St Albert qed jimxi mal-objettivi u l-għanijiet tiegħu.. meta dan skont l-MUT mhux qed isir. Dan meta din l-istituzzjoni edukattiva tinsab għarkobbtejha minħabba l-aġir tar-Rettur, li fi kliem l-MUT… huwa ħabib tal-UPE.

L-MUT qalet li r-Rettur qed jinqeda bil-UPE biex jaġevolah mingħajr ma jagħti każ l-interessi tal-edukaturi u l-istudenti. L-Union tal-Għalliema sahqetli hija kommessa li tibqa’ għaddejja bil-ġlieda tagħha sabiex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-edukaturi u tal-istudenti.