Dalgħodu ġiet imnedija l-għaxar edizzjoni tal-inizjattiva Children’s Dreams; inizjattiva b’kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Goodwill u l-Fondazzjoni għat-Tisħiħ u l-Ħarsien Soċjali.
Ta’ kull sena professjonisti fi ħdan l-FSWS iressqu għall-attenzjoni tal-pubbliku numru ta’ xewqat li jsiru mit-tfal li jgħixu f’kura alternattiva jew inkella li jgħixu mal-familja tagħhom iżda li jkollhom bżonn xi tip ta’ għajnuna.
Min huwa interessat li jwettaq il-ħolm ta’ dawn it-tfal huwa mħeġġeġ li jidħol fis-sit elettroniku childrensdreams.org u hemmhekk isib il-ħolm kollha.
S’issa nġabru mal-2.371 ħolma minn tfal meqjusa vulnerabbli. Dan il-ħolm jinkludi fost l-oħrajn ikla mal-familja, ħwejjeġ, u apparat elettroniku.
Il-ħsieb wara din l-iniżjattiva huwa sabiex is-soċjeta Maltija tieħu ħsieb lil kulħadd b’affarijiet żgħar li verament jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ dawn il-persuni.
//= $special ?>