Xahrejn wara li talab lill-pulizija biex tidentifika s-sors minn naħa tal-uffiċċju tal-Prim Ministru li mexxa xnigħat li jorbot il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mal-kuntrabandu tal-fuel, in-negozjant Gordon Debono li kien jaħdem fis-settur tal-fuel qed isostni li għadu jinsab fil-għama.
Debono kien ressaq ilment kriminali f’Awwissu fejn kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà biex jinvestiga “b’urġenza” l-għajdut “iċċirkolat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru” li l-qtil tal-ġurnalista kien b’xi mod marbut mal-kuntrabandu tal-fjuwil.
Tliet snin wara l-qtil tal-2017, Debono nnifsu kien fil-mira ta’ investigazzjoni fuq skala ta’ ċerta portata minn naħa tal-pulizija fuq il-kuntrabandu tal-fuel. Kemm hu kif ukoll martu kienu ġew arrestati f’Novembru 2020 u sussegwentement akkużati b’ħasil ta’ flus.
Il-koppja qed tgħid li hija innoċenti. Hija kienet qattgħet ukoll taħt arrest preventiv sakemm kienu ingħataw il-pleġġ f’Diċembru ta’ dik is-sena, ġimgħat wara li tressqu l-qorti. Iżda l-proċeduri tal-qorti fir-rigward tagħhom għadhom għaddejjin u għalkemm fi stadju avvanzat ħafna, il-każ jinsab differit ‘sine die’ sakemm jirriżulta l-informazzjoni mitluba permezz ta’ ittri rogatorji mibgħuta lil ġurisdizzjonijiet barranin.
Debono issa qed isostni li s-saga kollha kkaġunatlu danni personali u ħsara “għal ebda raġuni.” Permezz tal-ilment tiegħu, datat 9 ta’ Awwissu, Debono staqsa jekk l-arresti kinux “premeditati” u orkestrati minn persuni b’“konnessjonijiet politiċi preżenti u passati” kif ukoll minn uffiċjali tal-pulizija apposta biex ifixklu l-kors tal-ġustizzja. Madankollu, wara li indirizza d-“dubji serji” tiegħu direttament lill-Kummissarju tal-Pulizija,
Debono issa qed isostni li wara li għaddew aktar minn, għadu ma rċieva l-ebda tweġiba u lanqas reazzjoni. L-ilment oriġinali kien spiċċa għand il-Pulizija fil-11 ta’ Awwissu fejn uffiċjal tal-pulizija kien ffirma biex juri li kien irċievih. Mandakollu minn dakinhar, la l-kummissarju u lanqas l-ebda wieħed mill-uffiċjali tiegħu ma għamlu xi ħaġa biex jisimgħu x’għandu xi jgħid dwar il-kwistjoni u biex jinvestigaw it-talbiet tiegħu, qal Debono f’ittra mibngħuta lil Gafa’ dan l-aħħar.
Quddiem dan is-sitwazzjoni, huwa ma kellux alternattiva ħlief li jindirizza għal darb’oħra lill-Kummissarju tal-Pulizija bil-miktub, l-ewwelnett ifittex konferma dwar jekk l-ilment oriġinali tiegħu fil-fatt wasalx lil Gafà fl-ewwel lok. Debono staqsa wkoll jekk xi ħadd fi ħdan il-korp kienx inkarigat biex jinvestiga l-ilment tiegħu.
//= $special ?>