Sport

Handball: Swieqi Media Troopers Phoenix jirbħu t-Tazza Louis Borg tan-Nisa

Swieqi Media Troopers Phoenix rebħu t-tieni trofew tal-istaġun wara li rebħu kontra Aloysians 30-11. Fil-vantaġġ bi 8 gowls sa tmiem l-ewwel taqsima, Swieqi Media Troopers Phoenix żiedu l-isforzi tagħhom fit-tieni tletin minuta biex rebħu b’mod ċar il-partita b’marġni ta’ dsatax-il gowl.

Daniela Mifsud u Natasha Celic tas-Swieqi Media Troopers Phoenix skurjaw disa’ u seba’ gowls rispettivament. Jade Micallef skorjat ħames gowls għal Aloysians. Swieqi Media Troopers Phoenix rebħu ż-żewġ logħbiet preċedenti tagħhom kontra La Salle (37-17) u Kavallieri RS2 (41-27).

Fi tmiem il-partita, is-Sur Matthew Psaila ppreżenta t-Tazza Louis Borg lill-captain ta’ Swieqi Media Troopers Phoenix Natasha Celic.