Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey laqgħet talba minn naħa tal-għaqda Repubblika biex il-Maġistrat Nadine Lia ma tismax il-proċeduri li kienu nbdew sabiex il-Kummissarju tal-Pulizija jipproċedi kontra diversi individwi li huma identifikati fl-inkjesta tal-bank Pilatus.
Il-proċeduri kienu ġew assenjati lil Nadine Lia, li normalment tisma’ każijiet bħal dawn. Iżda l-għaqda Repubblika mmexxija minn Robert Aquilina kienet mill-ewwel talbet lill-Maġistrat biex tirrikuża ruħha milli tisma’ dan il-każ għar-raġuni li hija miżżewġa lil iben l-avukat tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Pawlu Lia.
F’konferenza tal-aħbarijiet li saret quddiem il-Qorti l-President tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina qal li din kienet reħba storika hekk kif qatt qabel ma kien hemm sitwazzjoni fejn ġudikant jitneħħa minn każ partikolari.
Huwa qal li l-Qorti laqgħet it-rikors magħmul mill-Avukat Jason Azzopardi biex hi ma tismax il-każ u li dan jgħaddi f’idejn ġudikant ieħor, bil-Qorti tgħid fid-deċiżjoni tagħha li l-Maġistrat Lia messa iirikużat ruħha mal-ewwel talba magħmula.
Il-Qorti qalet li dan il-kaz b’rabta mal-bank Pilatus huwa ta’ interess pubbliku u jitratt investigazzjonijiet li għadhom qed isiru ankbe b’rabta mal-kaz ta’ Egrant.
Robert Aquilina stqarr li dan kollu jkompli jimlihom b’kuraġġ biex ikomplu jaħdmu biex issir ġustizzja f’pajjiżna.
//= $special ?>