Lokali Parlament

Jeħtieġ mekkaniżmu rivedut dwar il-kumpens għall-għoli tal-ħajja

Graham Bencini, PN

Id-deputat Nazzjonalista Graham Bencini qal li quddiem is-sitwazzjoni reali tal-kwalità tal-ħajja, għandu jkun introdott mekkaniżmu rivedut għall-kumpens dwar l-għoli tal-ħajja.

Fil-parlament Graham Bencini sellem il-memorja tal-ex Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo u ta’ Twanny Agius, missier id-deputat Nazzjonalista Davi Agius.

Hu tkellem dwar is-sinifikat tal-Liġi tal-Insolvenza, meta kumpanija tkun f’periklu i tingħalaq. Hu qal li l-isfida prinċipali ta’ kull negozju huma l-ispejjeż li m’humiex ikunu sostenibbli.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-fokus primarju tal-awtoritajiet internazzjonali huma li jiġġieled il-ħasil tal-flus. Għalhekk meta ministru tal-gvern inqabad b’kumpanija sigrieta fil-Panama u ma ttieħdux assi u meta l-pajjiż tpoġġa fil-lista l-griża, il-kumpaniji Maltin fis-servizzi finanzjarji kienu iffaċċjati b’effeti kbar fosthom bl-ispejjeż ta’ compliance.

Hu qal li Malta ħarġet mil-lista l-griża wara x-xogħol li wettqu l-professjonisti, prattikanti u l-ħaddiema li implimentaw sistemi ġodda ta’ konformità. Minkejja kollox dawn il-kumpaniji xorta għanhom pressjonijiet mil-awtoritajiet.

Jeħtieġ li l-mekkaniżmu tal-COLA jkun rivedut biex ikun jirrifletti ż-żminijiet tal-lum; l-għoli tal-ħajja sploda fl-aħħar xhur bi problemi kbar għall-familji. Fil-fatt il-familji qed ikollhom €100 inqas mill-2021 biex jagħmlu x-xiri tagħhom; jeħtieġ li l-mekkaniżmu tal-COLA jkun rivedut.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ż-żidiet fil-COLA huma tajbin iżda jfissru wkoll spejjeż iktar fuq il-kumpaniji li jimpjegaw in-nies. Hu kkritika l-mod kif il-gvern qed jikkompeti mal-privat fil-ħaddiema li hawn disponibbli. Dan mhux sostenibbli, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-banek saru problema kbira biex jinfetħu kontijiet bankarji. Għandu jkun ikkunsidrat ukll il-ħolqien ta’ Qorti dwar l-Insolvenza, sostna d-deputat Nazzjonalista.