Il-gvern għadu jaħrab milli jwieġeb meta se jkun qed jippubblika l-assi tal-Prim Ministru u tal-ministri għas-sena 2021.
Ikkonfrontat mid-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami, Mark Anthony Sammut u Ivan Castillo, fil-parlament il-Whip Laburista Andy Ellul ħarab milli jwieġeb meta l-gvern se jippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prrim ministru u tal-Kabinet tal-Ministri għall-2021 u f’liea stadju dan il-proċess wasal.
Andy Ellul baqa’ jaħrab mill jwieġeb u qal biss li dawn il-mistoqsijiet iridu jsiru bil-miktub; dan filwqt li beda jattakka lid-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
Mark Anthony Sammut fakkar lill-Whip Laburista li fl-2016 meta kienu żvelati l-Panama Papers, fi Frar, il-gvern kien diġà qal li kienu ppreżentati d-dikjarzzjonijiet tal-assi lill-Prim Ministru iżda issa għdu mhxu magħruf sa fejn wasal il-proċess tad-dikjarazzjonijiet tal-assi.
Andu Ellul reġa’ ma weġibx għal din il-mistoqsija uqal biss li m’hemmx diffikultà li dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi.
Fi staqarrija iktar kmieni, il-PN, permezz tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina, kkritika lill-gvern għall-fatt li għadu ma ppubblikax id-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru u tal-Kabinet tal-Ministri. Il-PN qed jinsisti li dan isir immedjatament għax issa li kważi għaddiet is-sena 2022 u d-dikjarazzjonijiet għadhom mhux pubblikati.
//= $special ?>