It-timijiet Maltin li qed jieħdu sehem fil-Kampjonati tad-Dinja tal-Pool kellhom bidu konvinċenti fl-ewwel ġurnata f’Killarney, l-Irlanda
It-tim tal-Irġiel dawwar telfa f’rebħa meta minn 5-0 minn taħt irnexxielu jegħleb lil organizzaturi l-Irlanda 11-10. Ryan pisani rebaħ 3 frames filwaqt li l-frame rebbieħ rebħu Lydan Debono.
It-tim ta’ taħt il-25 sena ukoll għeleb lill-ewwel avversarju tiegħu, Tim B tal-Ingilterra. L-eroj tal-Maltin kien Chris Zaffarese li rebaħ 3 frames. Suċċess ukoll għat-tim ta’ ‘lfuq minn 50 sena li rebaħ lill-Irlanda ta’ Fuq 16-9. Chris Mills kien l-aktar Malti li rebaħ frames hekk kif huwa rebaħ 4 frames.
It-tim tal-Irġiel illejla jilgħab kontra l-Awstralja filwaqt li t-timijiet ta’ taħt il-25 sena u dak ta’ ‘l fuq minn 50 sena jilgħabu kontra l-Indja
//= $special ?>