Ċifri ppubblikati llum mill-NSO juru li r-rata tal-għoli tal-ħajja għal Settembru issa laħqet is-7.4 fil-mija.
Fil-fatt l-istatistika tikkonferma li l-prezzijiet komplew jiżdiedu minn xahar għall-ieħor, bl-akbar żieda tkun reġistrata fil-prezzijiet tal-ikel.
L-inflazzjoni f’pajjiżna splodiet minn 4.1 fil-mija f’Jannar li għadda, għal 7.4 fil-mija f’Settembru.
//= $special ?>