Lokali Qorti

Mhux ħati li wettaq abort fuq mara fis-Swieqi

Ungeriż ma nstabx ħati li ġiegħel mara tagħmel abort. Minħabba nuqqas ta’ provi Nizar Gweleg ma nstabx ħati li dakinhar li seħħ il-każ żamm lill-mara tqila kontra r-rieda tagħha, li kellu fuqu arma li taqta’ u bil-ponta, u li seraq il-mobile lilll-vittma.

Il-każ jinvolvi lil Hayat Lberrimi, mara Marokkina ta’ 33 sena li qalet li l-abort ħames snin ilu fis-Swieqi fl-1 ta’ April tal-2017. Lberrimi kienet fit-tieni xahar tat-tqala tagħha u mimduda fis-sodda mas-sieħeb tagħha ta’ dak iż-żmien, li huwa raġel Libjan bl-isem ta’ Ashref Marghami, meta Gweleg u raġel ieħor allegatament daħlu fil-kamra tas-sodda tagħhom.

Fir-rakkont tagħha, il-vittma spjegat li ż-żewġt irġiel kellhom wiċċhom mgħammad u kienu lebsin ingwanti u li kellhom fuqhom xi skieken. Kien f’dan il-mument li sieħba tagħha, Marghami, qalilha li ma riedx lit-tarbija. Il-vittma kompliet tispjega li l-akkużata u l-persuna l-oħra mhux identifikata pproċedew billi rabtulha jdejha u saqajha mas-sodda u għattewha wiċċha b’xugaman li kien imxarrav bi spirtu.

F’dan il-punt, l-akkużat u sieħbu mbagħad bdew isawwtu lill-vittma b’sikkina. Il-vittma qalet ukoll li l-akkużat sfurza biuex tiftaħ riġlejha, u poġġielha pillola fil-parti tagħha, filwaqt li s-sieħeb tagħha sfurzaha billi poġġielha pillola f’ħalqha, u mbagħad wara beda jaqbeż fuq żaqqha.

Sostniet ukoll li l-akkużat serqilha ċ-ċurkett tad-deheb u l-mobile tagħha wara li deher jiffilmja dak kollu li kienet għaddejja minnu. Il-vittma mbagħad tħallietmitlufa minn sensiha fil-kamra tas-sodda sakemm instabet hemm minn bintha ta’ 15-il sena.

Is-sieħeb tagħha kien ħarab mill-pajjiż ftit wara. B’riżultat tal-aggressjoni, il-mara sussegwentement ingħatat l-aħbar minn professjonisti mediċi li qatt ma jista’ jerġa’ jkollha tfal. Fid-deċiżjoni tal-qorti, instab li rapport ta’ surġent dwar il-każ kien inammissibbli peress li ma kienx nominat bħala espert uffiċjali fl-inkjesta.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud innota wkoll li l-vittma tagħat rakkonti differenti tal-ġrajjiet tal-każ, u t-tobba ma setgħux jistabbilixxu jekk it-tarbija mietetx minn kawżi naturali jew jekk inqatlitx. Rigward ir-reat ta’ serq, il-Qorti qalet li l-prosekuzzjoni ma ġabet l-ebda prova ta’ dak li allegatament insteraq mill-imputat, u għaldaqstant l-akkużat ma nstab ħati lanqas ta’ din l-akkuża. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Brian Xuereb.