Futbol Sport

Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA Kampjonat taħt is-17-ilsena: Malta b’telfa kbira fl-ewwel logħba

(Ritratt: Stephen Gatt - MFA)

Grupp 4: Skozja 6-0 Malta

Riżultat negattiv għat-tim Malti mmexxi minn Ivon Woods li fl-ewwel partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għal fażi finali li għandha ssir fl-2025 fl-Ungerija, it-tim Malti sofra sitt gowls bla risposta.

Fit-28 minuta minn azzjoni ta’ Wilson kien Allan Molotnikov li fetaħ l-iskor għall uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-48 minuta l-iskor sar 2-0 meta minn azzjoni ta’ MacLeod kien Bobby McLuchie li mill-ġdid għeleb lil Vella.

Reazzjoni sterili mit-tim Malti li fit-62 minuta sofra t-tielet gowl permezz ta’ Rory Wilson. Għaddiet minuta u l-istess Wilson kompla jkabbar l-iskor għal 4-0

Bil-partita magħluqa fis-70 minuta kien Jacob McIntyre li skorja l-ħames gowl għall-Iskozja bl-istess player fid-90 minuta jkompli jkabbar l-iskor għal 6-0

Fi Grupp 4 hemm wkoll l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika Ċeka.