Lokali Qorti

Sentenza mnaqqsa bin-nofs fuq korruzzjoni ta’ minuri

Raġel li kkorrompa tfajla ta’ 15-il sena kellu s-sentenza ta’ ħabs imnaqqsa għal tliet snin fl-appell. Is-sentenza oriġinali ta’ sitt snin priġunerija kiener fil-konfront ta’ Deniro Bugeja tnaqqset bin-nofs minħabba li l-imħallfin tal-qorti tal-appell iddeċidew li liġijiet kriminali antiki kellhom japplikaw għall-każ tiegħu, aktar minn liġijiet ġodda, li huma aktar ħorox li kien iġġudikat minnhom.

Bugeja li joqgħod Bormla kien instab ħati f’Marzu li kellu x’jaqsam ma’ minorenni u li kien reċediv. L-akkużi ta’ stupru kienu waqgħu wara li qorti qalet li ma temminx il-verżjoni tat-tfajla, filwaqt li nnotat li l-eżamijiet mediċi ma sabu l-ebda evidenza ta’ sfurzar jew swat.

Il-prosekuturi kienu allegaw li Bugeja stupra lit-tifla fid-dar ta’ ommu biex “jagħtiha lezzjoni” wara li skopra li kienet qed tibgħat messaġġi lit-tfajla attwali tiegħu. Huma qegġdin jitolbu li Bugeja jintbagħat bejn seba’ u 40 sena ħabs. Bugeja dak iż-żmien kellu 23 sena. Iżda aktar kmieni din is-sena, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħelset lill-akkużat mill-aktar akkużi serji li ffaċċja u minflok sabitu ħati biss tal-akkuża iżgħar li kellu x’jaqsam sesswali ma’ minorenni – reat imniżżel fl-Artikolu 204C tal-kodiċi kriminali ta’ Malta.

Hija kkundannatu sitt snin ħabs. It-tifla inkwistjoni kellha “ossessjoni orribbli” ma’ Bugeja li baqgħet għaddejja s-snin wara li l-inċident, innotat il-Qorti, kienet ammettiet li kellha sess kunsenswali miegħu f’diversi okkażjonijiet u saħansitra kienet għamlet tattoo tiegħu.

Apparti li kien ikkundannat sitt snin ħabs, isem Bugeja żdied ukoll ma’ lista ta’ delinkwenti sesswali reġistrati. Huwa kien immedjatament ressaq appell kontra s-sentenza, fejn sostna li s-sentenza tiegħu ta’ sitt snin ħabs kienet ibbażata fuq emendi legali ġodda li ma kellhomx japplikaw fil-każ tiegħu.

Il-qorti tal-appell preseduta mill-prim imħallef Mark Chetcuti, l-imħallef Edwina Grima u l-imħallef Giovanni Grixti qablu ma’ dak ir-raġunament legali. L-emendi li saru fil-kodiċi kriminali fl-2018 kienu żiedu l-piena massima ta’ ħabs għall-korruzzjoni ta’ minorenni għal 10 snin, minn ħamsa ta’ qabel.

Il-liġi nbidlet ukoll biex tagħmel it-tniġġis ta’ minuri applikabbli meta l-vittma kellha taħt is-16-il sena, aktar milli taħt it-18. Dawk l-emendi daħlu fis-seħħ fl-14 ta’ Mejju, 2018. Il-qorti tal-appell innutat li Bugeja u t-tifla kienu bdew joħorġu u jagħmlu s-sess f’Settembru tal-2017, u kienet din id-data li rreferiet is-sentenza oriġinali. F’dak iż-żmien, kienu japplikaw dispożizzjonijiet kriminali qodma.

Bugeja kien xehed li ħaseb li t-tifla kienet għalqet 16-il sena sa Mejju 2018, meta ħadha d-dar ta’ ommu u kellu x’jaqsam magġha. Il-Qorti tal-Appell qalet li kieku tagħtu l-benefiċċju tad-dubju, lanqas biss kien jinstab ħati ta’ korruzzjoni ta’ minorenni taħt il-liġijiet il-ġodda, peress li kien jemmen li t-tifla kellha 16-il sena u għalhekk ma kienitx minorenni. Għalhekk il-qorti tal-appell iddeċidiet li s-sentenza ta’ sitt snin ħabs tinżel għal tlieta. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Charles Mercieca deheru għal Bugeja.