Il-partitarji Maltin, rappreżentati mis-South End Core, ikklassifikaw fl-ewwel post tal-UEFA Fair Play Rankings f’dak li għandu x’jaqsam ma mġieba fil-grawnd u passjoni murija minnhom waqt logħob tat-tim nazzjonali Malti.
Attwalment, South End Core għaddej bil-kampanja ta’ sħubija tal-grupp, b’iktar minn 500 persuna li ngħaqdu mal-grupp fl-ewwel tlett’ijiem. Wieħed jista’ jingħaqad mal-grupp billi jżur: https://forms.gle/m8wJaSQkVydqBKrE6
Il-grupp qed jistieden ukoll lil dawk kollha interessati li jassistu lis-South End Core għal laqgħa li se ssir illum li matulha se jiġu diskussi ideat dwar inizjattivi u kif wieħed jista’ jinvolvi ruħu.