Rugby Sport

Coppa Italia: Monza jeliminaw lil Udinese

F’konfront bejn żewġ timijiet tas-Serie A, Monza komplew bis-serje pozittiva wara li apparti t-telfa kontra Empoli kellhom tliet rebħiet fil-Kampjonat. It-tim immexxi mill-eks plejer ta’ Juventus u Parma fot l-oħrajn Raffaele Palladino għamilha għar-rawnd li jmiss tal-Coppa Italia meta għeleb lil dinese 3-2. Minkejja li matul l-ewwel taqsima Udinese kienu aktar fil-partita , fil-45 minuta Monza marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Filippo Ranocchia kien Mattia Verdi li għeleb lil Daniele Padelli. 1-0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Reazzjoni mmedjata minn Udinese fil-bidu tat-tieni taqsima tant li fid-49 minuta Nehuen Perez għeleb lil Alessio Cragno. L-istess Nehuen Perez fit-68 minuta poġġa lil Udinese fil-vantaġġ, madankollu żewġ minuti wara f’azzjoni mmedjata kienSalvatore Molina li għeleb lil Padelli għat 2-2 . Kibret il-pressjoni minn Monza li fit-72 minuta permezz ta’ Andrea Petagna saħansitra marru fil-vantaġġ 3-2. Riżultat li biħ intemmet il-partita.

Parma 1-0 Bari

Gowl fid-29 minuta kien biżżejjed għal Parma biex għaddew għar-rawnd li jmiss. Minn azzjoni ta’ Simon Sohm biex Adrian Benedyczak li għeleb lil PierLuigi Frattali f’dak li kellu jkun il-gowl deciżiv.

Spezia 3-1 Brescia

Fl-20 minuta kien David Strelec li minn azzjoni ta’ Leandro Sanca għeleb lil Lorenzo Andrenacci sabiex poġġa lil Spezia fil-vantaġġ b’dan ikun l-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fil-55 minuta minn azzjoni ta’ Jacopo Sala kien Daniele Verede li għamel l-iskor 2-0 sabiex erba’ minuti minn tmiem il-partita Spezia skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ David Strelec Fit-tielet minuta ta’ ħin miżjud kien Stefano Moreo li minn pass ta’ Federico Pace għeleb lil Jeroen Zoet sabiex naqqas l-iskor għal Brescia.