‘Hemm bżonn li nibdew niskurjaw aktar’
- Matthew Guillaumier, Ħamrun Spartans FC
‘Kienet logħba diffiċli imma nemmen li jekk kien hemm tim li ħaqqu jirbaħ konna aħna’ Hekk iddeskriva l-logħba l-player ta’ Ħamrun Spartans Matthew Guillaumier wara d-draw ta’ 0-0 kontra Birkirkara. Huwa kompla. ‘Fl-ewwel taqsima konna superjuri bit-tieni taqsima tkun aktar bilanċjata. Hemm bżonn li nibdew nieħdu aktar iċ-ċansijiet li jkollna nkluż jien li tlift ċans tajjeb. Pero Birkirkara kien tajbin u naħseb li kienu kuntenti b’punt. Aħna ridna rebħa imma fl-aħħar imbagħad trid toqgħod attent li ma’tinqabadx u tispiċċa b’xejn.’ Mistoqsi dwar l-andament tal-kampjonat Guillaumier temm hekk. ‘ Id-draw kien tajjeb għall-partitarju newtrali li jixtieq li jkompli jara aktar timijiet viċin xulxin. Aħna xejn għajr rebħa ma’ tikkuntentana. Kontra Birkirkara konna nafu li huma oppożizzjoni organizzata imma xorta bqajna nippruvaw li ninfduhom. Huwa għandhom it-tieni l-aqwa difiża warajna u dan huwa konferma ta’ kemm ma’ kienetx faċli.’
‘ Ħadna draw minn logħba diffiċli’
- Simon Zibo, B’Kara FC
‘Ninsab kuntent li fid-debutt tiegħu ntgħażilt bħala l-Player tal-Logħba. Imma dan huwa tim sport u għaldaqstant l-unur huwa ta’ sħabi daqskemm huwa tiegħi għax mingħajr l-għajnuna tagħhom ma’ jien xejn.’ Kliem il-player Simon Zibo li kien qed jilgħab l-ewwel logħba mal-Istripes. Zibo kompla, ‘Irrid li nkompli naħdem ħafna sabiex naslu fejn nixtiequ. Il-logħba kienet kontra t-tim li jinsab fl-ewwel post tal-klassifika u ma’ kienetx faċli. Li ksibna riżultat ta’ draw huwa tajjeb ħafna. Issa rridu nħarsu l-quddiem biex inkomplu niksbu aktar punti u nissieltu ma’ ta’ fuq. Nemmen li għandna skwadra tajba ħafna li kapaċi nieħdu pjaċir dan l-istaġun’
KLASSIFIKA | L | PTI |
Ħamrun Spartans | 7 | 19 |
Gżira United | 7 | 17 |
Birkirkara | 7 | 17 |
Gudja United | 7 | 14 |
Hibernians | 7 | 13 |
Balzan | 7 | 13 |
Mosta | 7 | 11 |
Marsaxlokk | 7 | 8 |
Floriana | 7 | 8 |
Valletta | 7 | 5 |
Sirens | 7 | 4 |
Żebbuġ Rangers | 7 | 3 |
Pietà Hotspurs | 7 | 3 |
Santa Lucia | 7 | 1 |
L-AQWA SKORERS | ||
Jefferson de Assis | 8 | |
Jurgen Degabriele | 7 | |
Vito Plut | 5 | |
Elvis Mashike | 4 | |
Angel Torres | 4 | |
Maxuell Maia | 4 | |
Jake Grech | 4 |
LOGĦOB LI JMISS
Il-Ġimgħa 21 ta’ Ottubru, 2022
Stadium Nazzjonali
7.30pm Sirens – Żebbuġ R.
Is-Sibt 22 ta’ Ottubru, 2022
Stadium Nazzjonali
3.00pm Ħamrun S. – Mosta
5.15pm Valletta – Gżira Utd.
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Hibernians – Gudja Utd.
5.15pm Pieta H. – Sta Lucia
Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru, 2022
Tony Bezzina Stadium
3.00pm Floriana – Balzan
5.15pm M’Xlokk – B’Kara
//= $special ?>