“Kull miżura li tittieħed fil-budget, trid issaħħaħ lill-ħaddiema minkejja li ninsabu f’mument ta’ sfida.”
Sostna dan l-Ekonomista Philip Von Brockdorff f’intervent li wettaq ftit qabel il-preżentazzjoni tad-dokument tal-pre-budget tal-UĦM – Voice of the Workers fejn insista li huwa importanti li f’dan il-budget jiġu meħuda miżuri sabiex l-impjegati ma jaqgħux lura.
Huwa saħaq dwar l-importanza li l-ekonomija Maltija taqbad direzzjoni ġdida fis-snin u x-xhur li ġejjin…fost oħrajn l-introduzzjoni ta’ setturi ġodda li ma jiddependux daqstant lejn il-ħaddiema barranin.
Von Brockdorff sostna li jekk il-COLA se tkun ta’ madwar €10 se jkun qed ikollha impatt ċert fuq min iħaddem u qed jittama li saret analiżi bir-reqqa hekk kif hemm ir-riskju li jkollna żieda fil-prezzijiet.
Hawn preċiża jgħid li jittama li ma jkunx hemm abbużi li jkun hemm min bi skuża taż-żieda fil-COLA jżid il-prezzijiet b’mod inġust.
Dan filwaqt li appella lill-Gvern sabiex jikkonċentraw aktar fuq setturi li huma aktar sostenibbli ambjentament u ekonomikament.
Huwa insista li dan kollu huwa neċessarju sabiex intejbu l-kwalità tal-ħajja f’pajjiżna.
//= $special ?>