Sport

Kampjonati tad-Dinja tal-Pool: Rebħiet oħra għat-tim tal-Irġiel u dawk ta’ taħt il-25 sena

It-tim Malti tal-Irġiel irreġistra rebħa oħra konvinċenti din id-darba fuq l-Awstralja 12-9. Ryan Pisani reġa’ kien dominanti fejn rebaħ tliet frames u kelluprestazzjoni eċċellenti.

Dawk ta’ taħt il-25 sena żammew l-istess ritmu fejn rebħu t-tieni partita tagħhom 6-3 fuq l-Indja. Dejan Grech kien protagonist bi tliet rebħiet.

It-tim ta ‘l-fuq minn 50 sena sofrew telfa ta’ 13-12 f’logħba missielta kontra l-Indja. Il-Maltin kienu 5-0 minn fuq iżda ma rnexxielhomx iżommu l-konsistenza u spiċċaw biex tilfu l-aħħar frame deċiżiv. Il-programm tal-luma huwa mpenjattiv ħafna għat-Timijiet Maltin kollha bl-Irġiel u l-Over 50’s ikunu fl-azzjoni tliet darbiet filwaqt li ż-żagħżagħ se jkunu qed jilgħabu darbtejn matul il-ġurnata.