Lokali

Ktieb tal-kondoljanzi fid-Dar Ċentrali għall-memorja ta’ Robert Arrigo

Il-Ħamis waranofsinhar, mart Robert Arrigo, Marina flimkien ma’ binhom Andrew ltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech… qabel ġie ffirmat il-ktieb tal-kondoljanzi li tpoġġa fl-entratura tad-Dar Ċentrali.

Bernard Grech esprima ma’ Marina Arrigo kif Robert  se jibqa’ imfakkar għax-xogħol siewi li għamel fi ħdan il-Partit Nazzjonalista sa mill-2003.

Preżenti kien hemm il-Viċi Kap tal-PN, Alex Perici Calascione, u s-Segretarju Ġenerali, Michael Piccinino fejn huma wkoll iffirmaw fil-ktieb tal-kondoljanzi.

Wieħed għandu ċans sal-Ġimgħa biex iżur id-Dar Ċentrali u jħalli l-messaġġ tiegħu fil-ktieb ta’ kondoljanzi għall-memorja ta’ Robert Arrigo.

L-aħħar tislima lil Robert Arrigo se tingħata nhar is-Sibt li ġej fil-Knisja Parrokjali ta’ San Ġiljan. Il-funeral tiegħu se jsir fl-10am…u se jixxandar LIVE fuq Net TV.

Robert Arrigo kien miżewweġ lil Marina, u kellhom żewġt itfal.

Apparti x-xogħol imprezzabbli li wettaq tul is-snin fil-politika, Robert Arrigo serva ukoll bħala President tal-club tal-futbol ta’ Sliema Wanderers, Vici President ta’ Neptunes u kien Sindku ta’ Tas-Sliema. Għamel ukoll perjodu chairman tal-kumpanija Media.Link Communications.