Lokali

“Kulħadd se jħoss in-nuqqas ta’ Robert Arrigo” – Hugh Caruana

Ħafna jafuh bħala politiku. Oħrajn bħala President tal-futbol. Iżda fuq kollox, jibqa’ maħbub u meqjus minn kulħadd bħala ġentlhom.

Sa minn età żgħira, Robert Arrigo dejjem ħabb il-futbol, b’mod speċjali l-klabb ta’ Sliema Wanderers.

Iżda l-ewwel Arrigo kien President ta’ Gżira United …sakemm aktar tard ħa f’idejh it-tmexxija tal-klabb ta’ Sliema. F’dan ta’ l-aħħar, hu baqa’ jservi fl-irwol ta’ President għal 12-il sena sħaħ. U matul dawn is-snin, hu rebaħ 15-il unur.

F’dan il-klabb, Robert Arrigo kien maħbub minn kulħaddd… b’mod speċjali minn wieħed mill-eks-kowċ Hugh Caruana.

Hugh Caruana jibqa’ jiftakar lil Robert Arrigo bħala raġel organizzat u maħbub minn kulħadd.

U kieku kellu ċ-ċans, x’kienet tkun l-aħħar kelma li Hugh jgħid lil Robert?

Intant, l-Erbgha filghaxija, il-whip Nazzjonalista Robert Cutajar organizza tislima specjali lil Robert Arrigo – tislima fl-istadium ta’ Old Trafford, fejn Manchester United kienu qed jilghabu kontra Tottenham’; il-club li kien ferm għal qalb Robert Arrigo.