L-istituzzjonijiet huma kkontrollati mill-Gvern ta’ Robert Abela biex ma jieħdux azzjoni kontra Joseph Muscat
Ir-Riżoluzzjoni approvata mill-Parlament Ewropew dwar is-Saltna tad-Dritt f’Malta ħames snin mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia hi kundanna oħra fil-konfront ta’ Robert Abela, li qed jibqa’ jipproteġi lil Joseph Muscat.S
Sostna dan id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina li saħaq li l-Partit Nazzjonalista jisħaq li mhux aċċettabbli li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jibqgħu kkontrollati minn Robert Abela u mill-Gvern Laburista biex ma jkunux jistgħu jieħdu azzjoni kontra Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri.
Bir-raġun li l-Parlament Ewropew esprima tħassib serju ħafna dwar il-fatt li Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi għadhom igawdu mill-impunità sħiħa li qed jiggarantulhom Robert Abela u l-Gvern immexxi minnhom. Hu ċar li l-impunità li qed igawdu Joseph Muscat u sħabu huma parti mill-patt imxajtan li ssemma’ qabel ma Robert Abela ġie maħtur Mexxej tal-Partit Laburista.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar lil Robert Abela li min ma jiġġielidx il-korruzzjoni hu korrott.
Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-Membru Parlamentari Ewropew David Casa tal-ħidma tiegħu b’rabta ma’ din ir-Riżoluzzjoni u lill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew li taw appoġġ lil din ir-Riżoluzzjoni b’risq is-Saltna tad-Dritt f’pajjiżna.
//= $special ?>