Liz Truss irriżenjat minn Prim Ministru tar-Renju Unit wara li tilfet il-fiduċja tad-deputati tal-Partit Konservattiv fil-gvern.
Truss, waqt stqarrija barra l-Uffiċċju tal-PM f’Downing Street, qalet li ma setgħetx tirrealizza l-mandat li kienet eletta għalih u li hi kienet innotifikat lir-Re Karlu li hi kienet qed tirriżenja minn Kap tal-Konservattivi.
Sadanittant, fil-jiem li ġejjin għandha ssir elezzjoni ġdida għat-Tmexxija tat-Tories.
Ir-riżenja ta’ Truss kienet inevitabbli wara li hi iltaqgħet maċ-Chairman tal-Kumitat tal-backbenchers Konservattivi u meta aktar deputati tal-Partit kienu qed isejħu biex Truss twarrab minn Prim Ministru.
Liz Truss kienet ilha biss 45 jum bħala Prim Ministru u li hu l-inqas perjodu ta’ poter għal kwalunkwe Prim Ministru fl-istorja tar-Renju Unit.
//= $special ?>