Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista japprezza t-titjib li sar minn Robert Brincau kemm ilu jmexxi l-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin u filwaqt li jifhem is-sensittivitá li jkollok vacuum fi ħdan t-tmexxija tal-Ħabs, fid-dawl tal-fatt li nbdew proċeduri kontrieh, l-awtoritá morali tiegħu ddgħajfet serjament.
Dan ħareġ minn stqarrija tal-Kelliem għall-Intern, Joe Giglio f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn tkompli li l-governanza tajba titlob li fiċ-ċirkostanzi huwa għandu jkun sospiż sakemm jintemmu dawn il-proċeduri u jinħatar xi ħadd ieħor minfloku.
Jekk ma jsirx hekk ser ikun qed jintbagħat messaġġ ħażin u perikoluż.
//= $special ?>