Rugby plejer Awstraljan instab mejjet f’club fi Spanja wara li ġie rraportat nieqes hekk kif ma deherx iktar wara lejl jiddeverti ma’ sħabu.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, Liam Hampson kien ma’ grupp ta’ ħbieb idur l-Ewropa, bil-qraba tiegħu jgħidu li kellu inċident u ma rnexxilux isalva.
Hampson spiċċa nqata’ minn ma’ sħabu meta kienu ħierġin mill-club Sala Apollo fis-sigħat bikrin tat-Tlieta. Hu dam ma nstab għal iktar minn 24 siegħa, b’ħaddiema tal-post sabuh mixħut mal-art tal-club.
Bħalissa għaddejja investigazzjoni iżda dan il-każ qed ikun meqjus bħala wieħed sfortunat hekk kif Hampson possibilment waqa’ minn għoli ta’ madwar 10 metri u spiċċa tilef ħajtu bid-daqqa’ li ħa.
//= $special ?>