Futbol Sport

UEFA Europa League: Arsenal mal-aħħar sittax b’rebħa fuq PSV

Fl-Emirates Stadium fl-aħħar partita mir-raba’ ġurnata ta’ Grupp 4 tal-UEFA Europa League, Arsenal għelbu lil PSV Eindhoven 1-0 biex komplew bis-serje pożittiva tagħhom u għamluha għar-rawnd li jmiss.

Ir-raba’ rebħa għal Arsenal minn daqstant partiti sabiex b’punti massimi saħħew posthom fl-ewwel post b’PSV jsofru l-ewwel telfa fl-istess kompetizzjoni.

Bl-iskor jibqa dak ta’ 0-0 sa tmiem l-ewwel taqsima u b’Arsenal ikollhom pussess ta’ 60 fil-mija u xejn anqas minn 17 il-tentattiv lejn il-lasti avverserja, kellhom jistennew sal-71 minuta biex skorjaw il-gowl deciżiv.

Minn azzjoni ta’ Takehiro Tomiyasu, kien Granit Xhaka li għeleb lil Walter Benitez. Gowl li kien biżżejjed għar-raba’ rebħa ta’ Arsenal fi Grupp 4.